Thursday, 27 June 2013

Everything comes to an end...


It was such a wonderful year!
Now exams are finally over and you can all relax...
Enjoy your summer holidays dear Students!

Monday, 3 June 2013

L-avventura ma' Tinkerbell

Għażiż Djarju Pennelopi,

Ilbieraħ mort avventura ma' Tinkerbell fil-gżira ta' Kotton Kandy. Ħassejtni fis-seba' sema daqs kemm ħadt gost! Mela jien kont qiegħda naqra ktieb ta' Tinkerbell. Jien ħassejtni għajjiena mejta, tfejt id-dawl u poġġejt rasi fuq l-imħadda ratba ħaxu.


F'daqqa waħda smajt xi taħbit mat-tieqa. Jien ma tajtx każ imma, mbagħad il-ħsejjes bdew jiżdiedu. Allura lbist is-sandli u ftaħt it-tieqa. Ma stajtx nemmen! Imma iva, kienet Tinkerbell tħabbatli! Kellha xagħarha dehbi, liebsa libsa ħamra pepprin u kellha ġwienaħ ileqqu. Hiija qaltli li kellna mmorru l-gżira ta' Kotton Kandy biex insalvaw l-istilla s-safra lellux Nova mill-qalb ħadra tas-saħħara. 

Tinkerbell saffret suffara lid-debba bajda tagħha. Qbiżna u tlaqna għall-gżira. Jien rajt kullimkien sħab roża tal-ġenna. Kien hemm fjuri jitkellmu, u kaskati bil-ħalib tal-frawli. X'ferħ xħin wasalna! Tink introduċitni lill-ħabiba tagħha Bonny il-fenek. Waqt li konna fi triqitna, nfetħbu bwieb is-sema u aħna kellna nistkennu fid-dar ta' Bonny.



Ħarġet ix-xemx u l-qawsalla kkulurita u kellna nkomplu. X'ħin wasalna l-kastell sibt wiċċi wasalnal-kastell sibt wiċċi mas-saħħara. Is-saħħara kellha xagħrha griż, wiċċha abjar karti u tikmix, is-snien sofor u kienet tilbes libsa sewda faħam. Jien tfajtilha bomblu ilma kiesaħ silġ u nħallet. Morna fil-kastell u fl-aħħar sibna 'l Nova. Biex tirrangrazzjani tatni ftit biskuttini tal-għasel ħelwin manna. Hi waslitni lura d-dar. Dik żgur avventura li ma ninsa qatt.


Miktuba minn T. Bartolo