Tuesday, 30 July 2013

Xi sħana



Sħana taqli l-patata!

Ejja Naqraw Storja fis-Sajf...


X'inhu dak li jagħmel il-ġranet twal tas-Sajf (li jidhru qosra!) daqshekk speċjali?
 



Il-baħar. Il-BBQs. Il-festi. L-avventuri. Il-Kamping. Il-ġelati. Il-films. Il-qari. 
Naqsmu l-istejjer mal-familja u mal-ħbieb.


Issa li ninsabu fl-aqwa tas-Sajf - 'il bogħod mill-istudju, mill-kotba tal-Ingliż u tal-Matematika,
il-ġelati ta' kull filghaxija u l-baħar ta' kuljum - ma rridux ninsew l-importanza tal-qari fil-ħajja tagħna.



Great Books | via Facebook
 
1. Il-qari huwa divertimentIl-perjodu tas-Sajf jiġi biex nirrilassaw u nieħdu gost. Fost l-attivitajiet ta' kuljum, wieħed għandu jaqbad ktieb interessanti u jintilef fid-dinja fantastika li toffri kull storja.  Agħżel kotba b'topiks li jolqtu l-gosti personali tiegħek. Tħarisx lejn il-ktieb bħala xi ħaġa tad-dwejjaq, bħala "xogħol tad-dar". Minflok, ktieb interessanti u sabiħ għandu jkun "divertiment fid-dar".
 

Paperback Castles


2. Il-qari huwa madwarnaKemm jekk qed taqra ktieb bil-qoxra ħoxna u antika, kemm jekk qed tuża  t-teknoloġija, kemm jekk sejjer għal xi avventura sabiħa... għal kollox għandek bżonn xi tip ta' informazzjoni. Waqt li tkun fuq tal-linja, fil-kampanja, ħdejn il-baħar... hu miegħek magazine jew gazzetta u aqra. X'passatemp mill-aqwa! Mingħajr il-qari m'aħna xejn!


Untitled

3. Aqra b'vuċi għolja u soda: Tibżax tgħolli leħnek waqt li tkun qed taqra. Tgħallem isma' lilek innifsek.


4. Żur il-librerija: Bla dubju, il-librerija hija l-post perfett biex tagħżel, taqra u tibdel il-kotba tiegħek. Ħares lejn l-ixkaffi, analizza t-titli tal-kotba u tibżax tqalleb fihom. Kull ktieb irid jirrakkontalek l-istorja tiegħu, kull ktieb jixtieq ikun il-ħabib tieghek... għalhekk, tibżax tiftaħlu l-bieb tal-qalb tiegħek.



5. Ikteb: Il-kitba tmur id f'id mal-qari. Wieħed mill-aktar modi importanti biex tiżviluppa l-abbiltajiet fil-qari huwa l-kitba. Żomm djarju personali u fih ikteb kull esperjenza u avventura li qed tgħaddi minnha ta' kuljum. B'immaginazzjoni liema bħalha tista' ddawwar d-doveri sempliċi ta' kuljum f'attivitajiet ta' kitba - eżempju tal-ħaxix, jew x'għandek tpoġġi fil-bagalja għal safra tajba! Il-lista ma tieqaf qatt għax is-Sajf tant iġib miegħu affarijiet u ħarġiet li tkun ħasra ma tniżżilhomx f'dokument!