
Sħana taqli l-patata!






Ilbieraħ mort avventura ma' Tinkerbell fil-gżira ta' Kotton Kandy. Ħassejtni fis-seba' sema daqs kemm ħadt gost! Mela jien kont qiegħda naqra ktieb ta' Tinkerbell. Jien ħassejtni għajjiena mejta, tfejt id-dawl u poġġejt rasi fuq l-imħadda ratba ħaxu.
Kif int? Ilni ma nkelmek ftit għax kelli ħafna x'nistudja għall-eżamijiet. Ilbieraħ ġratli waħda tinkiteb! Filgħaxija kont se nidħol fis-sodda biex norqod fejn insib tifel mat-tieqa!! Jien bżajt ftit minnu imma mbagħad indunajt li kien Pietru li qed naqraw dwaru fil-klassi. F'kelma waħda malajr sirna ħbieb u laqqagħni ma' Tinkle. Din kienet farfettina u taf kemm fraħt xħin rajtha, għax kienet karattru mill-films. Pietru qal lil Tinkle biex titfagħli trab maġiku, ħalli ntir!! U wara tlajna fuq vapur maġiku li kien itir ukoll. Kemm ħadt pjaċir! Huma ħaduni fuq l-gżira maġika tagħhom li kien jisimha "Magic Land."
Darba waħda waqt li kont rieqed f'kamarti, rajt persuna wara t-tieqa. Kien id-dlam u ma kontx ċert jekk kontx qed noħlom. Dan it-tifel ħabbatli u jien ftaħtlu. Hu qalli li kien jismu Pietru Pan u li kien se jeħodni f'avventura maġika. Hu tefagħli trab maġiku minn tiegħu u bdejt intir. Morna fuq gżira mimlija fjuri u siġar mill-isbaħ. Hemmhekk kelli sorpriża kbira għax iltqajt ma' Iron Man. Fil-bogħod rajna li kien riesaq il-ġifen tal-pirati tal-Kaptan Ganċ. Hu ried jieħu l-gżira taħt idejh. Iron Man għallimni kif nista' ngħin lil Pietru Pan. Flimkien ma' Iron Man, jien iġġilidt u rnexxielna nsalvaw lil Pietru Pan milli jiġi mikul mill-kelb tal-baħar. Il-kaptan Ganċ kellu jċedi għax il-ġifen beda jegħreq. Pietru Pan u Iron Man qaluli li jien sirt l-Eroj tagħhom u tal-gżira maġika.










