Kien il-ħamsa ta' Lulju u t-temp kien vera sabiħ. Qomna kmieni ħafna biex nippreparaw l-aħħar affarijiet fil-bagalji. Wasalna l-ajruport għal ħabta tal-ħdax ta' filgħodu għax konna se nitilqu fis-siegħa ta' wara nofsinhar. Il-vjaġġ minn Malta għas-Serbia kien se jieħu sagħtejn. Kelli seba' mitt sena biex naslu għax kont ilni ħafna ma nara lin-nanniet u liz-zijiet. Kollox mar sew u wasalna fil-ħin. Il-qraba tagħna kienu qegħdin jistennewna ħerqana fl-ajruport. Ma dommniex ma' wasalna d-dar tan-nanniet fejn konna se noqogħdu għax id-dar tagħhom tinsab fiċ-ċentru ta' Belgrad, għoxrin minuta 'il bogħod mill-ajruport. Hemmhekk sibna qraba oħra jistennewna u flimkien kellna festin żgħir. Kont ferħan għax fl-aħħar erġajt rajt lill-kuġin tiegħi Sasa li għandu ħdax-il sena. Matul il-vaganza żorna ħafna postijiet sbieħ li qatt ma kont rajt qabel. Ġurnata minnhom morna z-zoo fejn hemmhekk rajna ħafna annimali differenti. Kien hemm injunfanti, orsijiet, xadini, sriep, iljuni, kukkudrilli u ħafna oħrajn. Ġurnata oħra morna fuq muntanja li jisimha Zlatibor. Hemmhekk rajn ħafna ħdura madwarna u kien hemm laguna vera sabiħa. Darb'oħra morna fuq ferrovija żgħira li ħaditna madwar għoljiet li minnhom rajna veduti mill-isbaħ. Mid-dar tan-nanniet kont nieħu gost ukoll nara t-tramm għaddej. Waqt li kona s-Serbia kelli għeluq snini u kollha flimkien morna fejn laguna oħra jisimha Ada. Hemmhekk lgħabna bil-ballun fuq il-ħaxix, kilna f'wieħed mir-ristoranti u dorna madwar il-laguna bir-roti. Kienet ġurnata speċjali għalija. Kull filgħaxija konna mmorru f'ġnien kbir viċin id-dar. Hemm għamilt ħafna ħbieb ġodda u konna noqogħdu nilagħbu l-futbol u l-biljards. F'Belgrad għoġbuni ħafna t-toroq għax huma kbar u wesgħin, fil-fatt, bil-lejl kienu jkunu mixgħulin b'ħafna dawl.
Wara tliet ġimgħat, il-vaganza waslet fit-tmiem tagħha u kont vera mdejjaq għax kont se nerġa' nitlaq lill-familja li tant inħobb. Din kienet vaganza speċjali li mhux se ninsiha qatt!
Miktuba minn N. Stefanovic
No comments:
Post a Comment