Sunday, 14 April 2013

It-tfajla tal-Barnuża l-Ħamra...b'differenza



Il-verżjoni l-oħra tal-Barnuża l-Ħamra - miktuba minn H. Attard


Darba forst l-oħrajn kien hemm tfajla ta' tmintax-il sena jisimha Natasha. Din it-tfajla kienet fi triqitiha għal għand in-nanna tagħha b'qoffa tal-qasab bil-frott u pastini tal-lewż li ppreparat il-mamà tagħha. Il-mamà ma marritx magħha għax kienet allerġika għall-fjuri. It-tfajla libset barnuża ħamra għax in-nanna kienet tħobb l-aħmar u b'hekk tferraħha. Waqt li bdiet miexja kien hemm maltempata li tajret id-dar tan-nanna u ntilfet. Wara rat raġel gustuż tal-età tagħha u żżewġet.



*********


Betta tintilef fil-bosk - miktuba minn C. Vella


Darba waħda kien hemm tifla jisimha Betta u kellha rasha iebsa daqs il-ġebel. Ommha kellha l-mistednin u ma setgħetx tmur għand in-nanna bl-ikel. Hi qalet lil Betta biex tmur hi u ma tkellem lil ebda stranġier. Malli waslet fil-bosk kien hemm ħafna siġar u ħdura. F'daqqa waħda qabdet ix-xita u hi marret tiġri għal għand in-nanna. Wara sabet ruħha għand saħħara u hi wasslitha għand in-nanna bl-ikel f'idha.

No comments:

Post a Comment