Monday, 1 April 2013

Mixja Maġika fil-Foresta...



Min taħseb li hi din it-tfajla?

X'inhi liebsa?

Fejn tinsab?

Fejn hi sejra? 

Taħseb li hija tfajla ubbidjenti jew le?


*********

L-istorja tat-tfajla tal-Barnuża l-Ħamra hija popolari ma' kulħadd. It-tfajla li titlaq mid-dar għal għand in-nanna għax ma tiflaħx. Il-mama li twiddibha biex ma tkellem lil ħadd, iżda meta tiltaqa' mal-lupu, hi tispiċċa tkellmu u tgħidlu fejn kienet sejra....

... Iżda x'kien jiġri li kieku???


Diskussjoni:

X'isem kont tagħtiha lil din it-tfajla?
X'hemm fil-basket tat-tfajla?
Għaliex il-mama ma marritx magħha għand in-nanna?
Għaliex it-tfajla libset il-kowt l-aħmar u mhux kowt kulur differenti?
Tista' tiddeskrivi l-forest? (mimlija siġar kbar u tal-biża' jew mimlija b'għelieqi kollha ħdura u fjuri)
Fejn tinsab id-dar tan-nanna?
Li kieku bdiet maltempata, it-tfajla kienet tiltaqa' mal-lupu?
It-tfajla tmur għand in-nanna jew tintilef u tispiċċa f'xi post ieħor?
Min isalva lil din it-tfajla?


Ejja nħarrfu ħrafa...kun immaġinattiv biżżejjed biex bi kreattività liema bħala tbiddel din l-istorja tant popolari u oriġinali b'narrazzjoni kompletament differenti!

Ir-rebbieħ jiġi ppremjat!

No comments:

Post a Comment